L-ikbar prijorità tagħna hi s-sigurtà u l-protezzjoni tiegħek. Aħna nkunu lesti għal li jista’ jinqala’ 24/7. Tista’ titqies bħala emerġenza kull sitwazzjoni li toħloq riskju immedjat fuq is-saħħa, il-ħajja, il-propjetà jew l-ambjent. Dawn is-sitwazzjonijiet normalment jiġu bla stennija u jkun hemm bżonn tittieħed azzjoni immedjata. Madankollu, mhux kulma jiġri jista’ jitqies bħala emerġenza. Hawn taħt għandek lista ta’ sekwenzi immaġinarji li l-Alberta tqis bħala emerġenza.
Dawn iż-żidiet fuq il-ħlasijiet japplikaw għal dawk il-klijenti li m’għandhomx kuntratt ta’ ftehim magħna.
Is-sigħat tal-Emerġenza huma bejn l-4.30pm u t-08.00 am
Rati li jinkludu l-VAT (ħlas minimu ta’ siegħa)
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa :16.30 – 8:00 € 82.60
Is-Sibt 12:00 – 00:00 : € 82.60
Is-Sibt 8:00 – 12:00 : € 64.90
Il-Ħdud u l-Btajjel Pubbliċi : € 106.20
Alarm kontra s-serq* (Burglar Alarm)
- Il-qanpiena ta’ barra tibqa’ ddoqq għal aktar minn 30 minuta u ma tkunx tista’ tintefa mit-tastiera (keypad).
- Is-sistema ma tkunx tista’ tiġi attivata.
- Ħoss kontinwu joħroġ mill-panel jew it-tastiera ma tkunx tista’ tiġi ssettjata mill-ġdid.
Sistemi li jikkontrollaw/jidentifikaw in-nar (Fire Alarm)
- Sistemi li jikkontrollaw in-nar: Nixxija konsiderevoli mis-sistema jew mill-pompi li tibqa’ ħierġa anke jekk ma jkunx qed jintuża l-ilma.
- Sistemi li jidentifikaw in-nar: Is-sirena ta’ ġewwa jew ta’ barra tibqa’ tinstema’ kontinwament anke jekk ma jkunx hemm nar. Il-klijent jipprova jitfi l-alarm mill-panel u ma jkunx jista’.
- Il-panel li jidentifika n-nar ikollu xi difett serju/ Is-sistema ma tipproteġix ċerti spazji.
- Panel li jidentifika n-nar: Meta s-sistema tal-elettriku tkun mixgħula ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ dawl jew id-display tibqa’ mitfija.
Kontroll tal-Aċċess (Access Control)
- Il-bibien kollha jissakkru u ħadd ma jista’ jidħol (bħal f’lukanda jew f’uffiċini).
- Il-bieb prinċipali ma jistax jinfetaħ jew jiġi kkontrollat.
- Kontroll tal-aċċess/Sistema biex tissakkar il-lukanda/Sejfijiet tal-lukanda: Il-klijent ma jistax jiftaħ il-bieb mill-kontroll tal-aċċess allavolja ma jkunx hemm qtugħ fis-sistema tal-elettriku.
- Sejfijiet elettroniċi u mekkaniċi ma jistgħux jinfetħu.
CCTV
- Meta aktar minn nofs in-numru ta’ kameras installati ġewwa ma jkunux qegħdin jaħdmu.
- Meta l-kameras kollha ta’ barra, jew xi waħda minnhom, ma jkunux qed jaħdmu.
- Meta d-DVR/l-NVR ma jibqax jirrikordja.
Barriera / Grada / Bollards / Barrieri Kontra t-Terroriżmu
- Barriera / Grada / Bollards / Barrieri kontra t-terroriżmu ma jaħdmux f’parkeġġi u stabbilimenti kummerċjali. Din titqies bħala emerġenza biss jekk is-sistema ma tkunx tista’ titħaddem lanqas manwalment.
- Grada tad-dħul /tas-sigurtà la qed tinfetaħ u lanqas tingħalaq. Din titqies bħala emerġenza biss jekk il-grada ma tkunx tista’ taħdem lanqas manwalment.
It-tekniċi tagħna jkollhom fuqhom firxa estensiva ta’ spare parts u jipprovaw jerġgħu jħaddmulek is-sistema tas-sigurtà bl-aħjar mod. Jekk dan ma jkunx possibbli, is-sistema tintefa b’mod sigur u inti tingħata appuntament biex il-problema tissolva iktar tard.
*F’ħafna mill-każijiet, speċjalment fejn l-alarms ikunu jaħdmu bla wajers, il-batteriji normalment iservu, bejn wieħed u ieħor, sentejn, skont kemm jintużaw. Għalhekk huwa importanti li ssir manutenzjoni regolari biex tassigura ruħek li s-sistema tiegħek tibqa’ taħdem bl-aħjar mod. Għal iktar informazzjoni dwar tipi differenti ta’ manutenzjoni bi prezzijiet raġonevoli ċempel 21 443538.
*Jekk is-sistema tal-Alberta li għandek taħdem b’linja fissa u inti tbiddel is-sistema tat-telefown jew min jipprovdilek l-internet, dan jista’ jaffettwa s-sistema tiegħek. Qabel it-teknixin tat-telefown jitlaq minn darek, iċċekkja li s-sistema tagħna tkun qed taħdem sew.
*Twissija għas-Sigurtà tiegħek: Nirrikmandawlek li ma tippruvax issewwi jew tagħmel xi tibdiliet int stess fuq is-sistema. Il-panels tal-kontroll tal-alarms kontra s-serq għandu mnejn jaħdmu b’vultaġġi tal-elettriku li jistgħu jkunu fatali. Jista’ jkun ukoll li l-qniepen ta’ barra jew is-sireni li jpetptu jużaw vultaġġi għolja anke jekk jidhru li ma jkunux qed jaħdmu jew ma jkunux qed idoqqu jew ipetptu.